Kundizzjonijiet

Dan is-sit huwa ta' proprjetà tal-Merlin Publishers Ltd. Kull informazzjoni, materjal, softwer, disinn tas-sit, test, grafika, illustrazzjonijiet, ritratti u vidjow, u kull kontenut ieħor li jista' jkun fih is-sit, huwa ta' proprjetà tal-Merlin Publishers Ltd sakemm ma jkunx imniżżel mod ieħor fuq is-sit, u għaldaqstant hu kollu protett mil-liġijiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur.

Il-kontenut suċitat ma jistax jitniżżel, jiġi kkupjat, riprodott, ri-ppubblikat, imtella' online, trażmess, miżmum, mibjugħ jew distribwit mingħajr ma qabel wieħed iġib il-permess bil-miktub ta' sid id-drittijiet tal-awtur. Dan jeskludi t-tniżżil ta' kopja waħda, għal użu personali u non-kummerċjali biss, sakemm jinżammu d-drittijiet tal-awtur kollha. Il-kontenut suċitat ma jistax jiġi modifikat. 

Biex jintużaw xi partijiet mill-kontenut, u biex jintużaw kwotazzjonijiet/siltiet minn xi kotba ppubblikati mill-Merlin, wieħed għandu jagħmel talba f'dan is-sens lil Merlin Publishers, 42, Triq Mountbatten, Il-Blata l-Bajda HMR1574, Malta.

Links għal siti ta' terzi, qegħdin hawn biss bħala servizz għal min juża dan is-sit, u għaldaqstant ma jimplikaw ebda assoċjazzjoni jew aċċettazzjoni tal-kontenut ta' dawn is-siti mill-Merlin Publishers Ltd.

Filwaqt li jsir kull sforz biex prezzijiet u dettalji ohra marbuta mal-kotba msemmija f'dan is-sit, ikunu korretti u aġġornati, mhu qed issir ebda garanzija f'dan is-sens, u l-informazzjoni tista' tinbidel minn mument għal ieħor.

Il-Merlin Publishers Ltd ma qed tagħmel ebda garanziji għal ebda parti mill-kontenut ta' fuq dan is-sit.

Filwaqt li jsir kull sforz biex il-materjal fuq dan is-sit ma jkollu ebda virus, il-Merlin Publishers Ltd mhix f'pożizzjoni li tagħti garanziji f'dan is-sens, u ma tassumi ebda responsabbiltà għall-eventwali preżenza tagħhom.

Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472