Sottomissjonijiet

 

Grazzi talli kkunsidrajt lill-Merlin biex jippubblikalek xogħlok. Dawn huma l-linji gwida tagħna għal sottomissjonijiet ta' manuskritti:


1. Ibgħat sinopsi tax-xogħol, flimkien ma' żewġ kapitli konsekuttivi mill-manuskritt. Fil-każ ta' kotba bl-istampi jew kotba qosra tat-tfal, jekk jogħġbok, ibgħat il-manuskritt kollu.

2. Ibgħat ukoll nota qasira fejn tgħidilna għaliex, skont int, ix-xogħol tiegħek għandu jiġi kkunsidrat għall-pubblikazzjoni, kif inhu differenti minn kotba oħra li hemm fis-suq, u għal min hu indirizzat.

3. It-tir tagħna hu li naqraw is-sottomissjonijiet kollha li nirċievu. Għalhekk, jistgħu jgħaddu minn tlieta sa sitt xhur qabel tirċievi risposta.

4. Il-manuskritti kollha li nirċievu jiġu ttrattati bl-akbar kunfidenzjalità.

5. Id-disinn, il-format, il-qoxra tal-ktieb, kif ukoll l-illustrazzjonijiet li jista' jkun fih, jiġu deċiżi mill-pubblikatur. Jekk jogħġbok tibgħatx mock-ups jew illustrazzjonijiet u disinji, jekk ma tkunx iddiskutejtha magħna qabel.

6. Ibgħat kollox, jew b'email lil info@merlinpublishers.com, jew kopja stampata lil Editorjal, Merlin Publishers, 42 Triq Mountbatten, Il-Blata l-Bajda HMR1574, Malta. Jekk tibgħat kopja stampata, qatt tibgħat l-oriġinal - kemm manuskritti kemm artwork - għax dawn ma jiġux irritornati.

Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472