Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow
Il-Merlin reġgħu rebħu l-akbar numru ta' premji waqt l-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li saret f'Jannar 2011 f'Kastilja taħt l-awspiċi tal-Prim Ministru. Il-premji mirbuħa mill-kotba Merlin jinkludu en plein ta' kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni premju fl-aktar kategoriji prestiġjużi, u ċjoè Rumanzi u Stejjer Qosra, Proża Fittizja għat-Tfal u Kotba għall-Adolexxenti.
Il-Premju għall-Illustratur tas-Sena ingħata lil Mark Scicluna għal 3 kotba Merlin illustrati minnu.
Prosit speċjali tmur lill-awtriċi Merlin Clare Azzopardi, li rnexxielha tirbaħ kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni premju fl-istess kategorija għal tnejn mill-kotba tagħha.
Il-premji mirbuħa mill-Merlin huma:
L-Ewwel Premju, Rumanzi u Stejjer Qosra: Qed Nistenniek Nieżla max-Xita, Pierre J. Mejlak
It-Tieni Premju, Rumanzi u Stejjer Qosra: 45
L-Ewwel Premju, Proża Fittizja għat-Tfal: Il-Każ (Kważi) Kollu tal-Aħwa De Molizz, Clare Azzopardi
It-Tieni Premju, Proża Fittizja għat-Tfal: Ir-Re Pankrazju Jagħlaq Mitt Sena, Clare Azzopardi
L-Ewwel Premju, Proża għall-Adolexxenti: Il-Ġnien tad-Dmugħ, Simon Bartolo / Loranne Vella
It-Tieni Premju, Proża għall-Adolexxenti: L-Aħħar Ġranet ta' Ciorni, Mario Azzopardi
L-Illustratur tas-Sena: Mark Scicluna għal 3 kotba Merlin
















