Attivitajiet
Wara l-Fiddien: ir-ritorn ta' Simon Bartolo u Loranne Vella
16/ 12/ 11

Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow

Wara s-suċċess enormi tat-triloġija tal-Fiddien, l-awturi Simon Bartolo u Loranne Vella għamlu r-ritorn tant mistenni tagħhom fid-dinja tal-kitba għall-adolexxenti u l-kbar.

Deformity, ta' Bartolo, huwa ambjentat mitt sena fil-futur, f'dinja mheddi mill-elementi kif ukoll mill-avvanzi fix-xjenza li qed jippermettu l-manipulazzjoni ġenetika, bil-konsegwenzi kollha - kultant koroh - tagħha. Avventura li teħodna f'ambjenti maġiċi u strambi, b'immaġinazzjoni straordinarja. Deformity huwa l-ewwel ktieb oriġinali bl-Ingliż għall-Merlin.

Ir-rumanz ta' Vella, Magna™ Mater, huwa ambjentat fl-2020 f'Malta affettwata mill-bdil estrem fil-klima, fejn kollox jgħaddi minn ġo "dinja" teknoloġika msejħa l-Magna™. L-istorja fiha klikek ta' skateboarders f'verżjoni futuristika tal-Iskatepark f'Tal-Qroqq, avventura, imħabba, ġlied u tensjoni, kif ukoll grupp rock magħmul biss minn tfajliet.

It-tnedija taż-żewġ kotba saret fil-car park ta' G'Mangia, imlibbes għall-okkażjoni bi dwal speċjali, duħħan, live skateboarding u sorpriżi oħra. L-awturi tkellmu mal-mistiedna dwar kif nibtu l-kotba tagħhom, urew videoclips qosra ta' wħud mill-ispirazzjonijiet tagħhom għal dawn l-istejjer, u fil-"bar" ġew servuti mocktails ispirati mill-kotba.

It-tnedija kienet possibbli bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Pietà.

print
Merlin Jissuġġerixxi
book
Magna™ Mater
by 
  • Loranne Vella
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 11.00
addtocart
book
Deformity
by 
  • Simon Bartolo
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 11.00
addtocart
book
Il-Ġnien tad-Dmugħ (Il-Fiddien III)
by 
  • Simon Bartolo, 
  • Loranne Vella
Pubblikatur : Merlin
paperback
2009
€ 10.00
addtocart
book
Wied Wirdien (Il-Fiddien II)
by 
  • Simon Bartolo, 
  • Loranne Vella
Pubblikatur : Merlin
paperback
2008
€ 10.00
addtocart

Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472