Alex Vella Gera
book

Imwieled Malta fl-1973, kien tifel diliġenti u bravu l-iskola sakemm wasal Tal-Qroqq u skopra li l-ħajja qed taħrab tiġri u tħallih l-art. Malli ggradwa bil-minimu ta' sforz ħarab jiġri huwa wkoll, lejn Praga, li fl-1995 kienet belt misterjuża u daqsxejn anarkika. Ma damx hemm l-ewwel darba, iżda wara pawża ta' ftit xhur lura Malta reġa' tħajjar. Għal ħames snin kien qisu yo-yo, tiela' u nieżel, u fil-frattemp ra lil Malta tkompli tinbidel mill-perspettiva ta' "nofsu barrani". Meta nfetaħ beraħ il-bieb tal-UE reġa' emigra, did-darba aktarx b'mod permanenti, lejn il-Lussemburgu u wara ftit, lejn Brussell. Minn hemm qed jara 'l Malta bil-mod titbiegħed minnu, jew hu jitbiegħed minnha, b'kull ktieb li jikteb u b'kull Facebook friend li jaċċetta.